7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/24
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' April 2008 — Casa Editorial El Tiempo vs L-UASI — Instituto Nacional de Meteorología (EL TIEMPO)
(Kawża T-233/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EL TIEMPO - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti TELETIEMPO - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 142/42)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Casa Editorial El Tiempo, SA (Santafé de Bogotá, Il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Fernández Lerroux u A. Fernández Fernández-Pacheco, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. García Murillo, aġent)
Il-Parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Instituto Nacional de Meteorología (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-22 ta' Ġunju 2006 (każ R 0760/2005-4) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn l-Instituto Nacional de Meteorología u Casa Editorial El Tiempo, SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Casa Editorial El Tiempo SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 261, 28.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy