25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/21
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Promat vs UASI — Puertas Proma (PROMAT)
(Kawża T-243/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja PROMAT - Trade mark figurattiva preċedenti PROMA - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni - Raġuni relativa għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 272/39)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Promat GmbH (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Krenzel u S. Beckmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Puertas Proma, SAL (Villacañas, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Mejju 2006 (każ R 1059/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Puertas Proma, SAL u Promat GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Promat GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 310, 16.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy