7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/28
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Torres vs UASI — Navisa Industrial Vinícola Española (MANSO DE VELASCO)
(Kawża T-259/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali MANSO DE VELASCO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VELASCO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 32/51)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)
Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Navisa Industrial Vinícola Española, SA (Montilla, Spanja)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta' Ġunju 2006 (Każ R 865/2005-1) dwar proċediment ta' oppożizzjoni bejn Navisa Industrial Vinícola Española, SA u Miguel Torres, SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 29, 2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy