15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/47
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-1 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni vs D
(Kawża T-262/06 P) (1)
(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Annullament fl-ewwel istanza tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Mard ikkawżat mix-xogħol - Rifjut li tiġi rikonoxxuta l-oriġini professjonali tal-marda jew ta' l-aggravar tal-marda li jbati minnha l-uffiċjal - Ammissibbiltà tar-rikors - Ammissibbiltà tal-motiv eżaminat fl-ewwel istanza - Awtorità ta' res judicata)
(2008/C 209/82)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Currall, aġent)
Appellat: D (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: J. Van Rossum, S. Orlandi, J.-N. Louis, A. Coolen u É. Marchal, avukati)
Parti intervenjenti in sostenn ta' l-appellanti: Axa Belgium (rappreżentanti: inizjalment C.Goossens, P. Meessen u S. Wilment, wara C.Goossens, P. Meessen, avukati)
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (L-ewwel Awla), tat-12 ta' Lulju 2006, D vs Il-Kummissjoni (F-18/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Lulju 2006, D vs Il-Kummissjoni (F-18/05) hija annullata.
2)
Il-kawża hija rrinvijata lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy