4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Frar 2009 — Lee/ DE/ UASI vs Cooperativa italiana di ristorazione (PIAZZA del SOLE)
(Kawża T-265/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PIAZZA del SOLE - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti PIAZZA u PIAZZA D'ORO - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali’)
(2009/C 82/40)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sara Lee/ DE NV (Utrecht, l-Olanda) (rappreżentant: C. Hollier-Larousse, avukat)
Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Mongurial, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Cooperativa italiana di ristorazione Soc. coop. rl (Reggio Emilia, l-Italja) (rappreżentant: D. Caneva, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Lulju 2006 (Każ R 235/2005-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Sara Lee/DE NV u Cooperativa italiana di ristorazione Soc. Coop. rl.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sara Lee/DE NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy