24.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-267/06) (1)
(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Korrezzjonijiet finanzjarji - Frott u ħaxix - Ħażna pubblika ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella)
2012/C 89/31
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Aiello, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u F. Jimeno Fernández, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE, tas-27 ta’ Lulju 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 218, p. 12), sa fejn din teskludi ċertu infiq magħmula mir-Repubblika Taljana fis-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-ħażna pubblika ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 281, 18.11.2006.
Full & Egal Universal Law Academy