10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/22
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Rautaruukki vs UASI (RAUTARUUKKI)
(Kawża T-269/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RAUTARUUKKI - Raġunijiet assoluti għal rifjut tar-reġistrazzjoni - Karattru diskrittiv - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ), u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Provi mressqa’)
(2009/C 6/44)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rautaruukki Oyj (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: P. Hagman, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Laitinen, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Lulju 2006 (Każ R 48/2006-4), dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali RAUTARUUKKI bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Rautaruukki Oyj hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 281, 18.11.2006.
Full & Egal Universal Law Academy