25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/22
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża T-272/06) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura Komunitarja ta' sejħa għal offerti - Rifjut ta' offerta - Kriterji għall-għażla u għall-għoti tal-kuntratt - Obbligu ta' motivazzjoni)
(2008/C 272/40)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment M. Schauss, imbagħad D. Guild, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Lulju 2006, li permezz tagħha ġiet irrifjutata l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti li saret fil-5 ta' Lulju 2005, dwar il-provvista ta' servizzi intiżi biex jassiguraw il-manutenzjoni, l-iżvilupp u s-support ta' applikazzjonijiet tal-kompjuter, u l-kuntratt ingħata lill-offerent magħżul.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li rrifjutat l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, kif innotifikata lilha b'ittra tal-20 ta' Lulju 2006, hija annullata.
2)
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy