4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/35
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-7 ta’ Mejju 2009 — Omnicare vs UASI — Astellas Pharma (OMNICARE)
(Kawża T-277/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OMNICARE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OMNICARE - Ċaħda ta’ rikors għal restitutio in integrum”)
2009/C 153/67
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Omnicare, Inc. (Covington, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment M. Edenborough, barrister u O. Patterson, solicitor, imbagħad M. Edenborough)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Laitinen, imbagħad G. Schneider, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Astellas Pharma GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Franke, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Lulju 2006 (Każ R 446/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Yamanouchi Pharmi GmbH u Omnicare, Inc. u li tiċħad ir-rikors għal restitutio in integrum ippreżentat minn din tal-aħħar.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Lulju 2006 (Każ R 446/2006-2) hija annullata.
2)
Minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż ta’ Omnicare, Inc.
3)
Astellas Pharma GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy