25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/22
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Gualtieri vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-284/06) (1)
(Espert nazjonali sekondat - Allowances ta' residenza - Post ta' residenza waqt is-sekondament - Eċċezzjoni ta' l-illegalità ta' l-Artikolu 20(3)(b) tad-deċiżjoni fuq esperti nazzjonali sekondati - Prinċipju ta' trattament ugwali)
(2008/C 272/41)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Claudia Gualtieri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Gualtieri u M. Gualtieri, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn G. Faedo, avocat)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2006 li tiirfjuta t-talba tar-rikorrenti għal aġġustament, wara d-divorzju tagħha, ta' l-ammont ta' l-allowances pagabbli taħt l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 1559 tat-30 ta' April 2002 li tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-espert nazzjonali, kif emendati
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud;
2)
Claudia Gualtieri hija kkundanata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 154, 1.7.2006 (qabel il-kawża F-53/06).
Full & Egal Universal Law Academy