21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/43
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Torres vs UASI — Bodegas Cándido (TORRE DE FRIAS)
(Kawża T-285/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORRE DE FRIAS - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti TORRES u LAS TORRES - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni’)
(2009/C 44/73)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, M. Baz de San Ceferino u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u J. García Murillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Bodegas Cándido, SA (Burgos, Spanja) (rappreżentant: C. Hernández Hernández, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta' Lulju 2006 (Każ R 1069/2000-2) dwar il-proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA u Bodegas Cándido, SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 310, 16.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy