21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/44
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Torres vs UASI — Bodegas Peñalba Lopez (Torre Albéniz)
(Kawża T-287/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Torre Albéniz - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti TORRES - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni’)
(2009/C 44/75)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, M. Baz de San Ceferino u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u J. García Murillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Bodegas Peñalba Lopez, SL (Aranda de Duero, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, T. Villate Consonni u M. Yañez Manglano, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta' Lulju 2006 (Każ R 597/2004-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Miguel Torres SA u Bodegas Peñalba Lopez SL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 310 16.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy