15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/17
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Regionalny Fundusz Gospodarczy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-288/06) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna għar-ristrutturar mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lil produttur tal-azzar - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha - Protokoll Nru 8 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka - Rata ta’ imgħax li għandha tiġi applikata għall-ħlas lura tal-għajnuna inkompatibbli - Obbligu ta’ kooperazzjoni stretta mal-Istat Membru - Artikolu 9(4) u Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004”)
2009/C 193/24
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Regionalny Fundusz Gospodarczy S.A. (li qabel kienet Huta Częstochowa S.A.) (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentanti: C. Sadkowski u D. Sałajewski, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni 2006/937/KE tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Lulju 2005, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat C 20/04 (ex NN 25/04) favur il-produttriċi tal-azzar Huta Częstochowa SA (ĠU 2006, L 366, p. 1), safejn din tiddikjara xi għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u tordna lill-Polonja tirkuprahom.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Regionalny Fundusz Gospodarczy S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 294, 2.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy