6.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/13
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ April 2009 — CESD-Communautaire vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-289/06) (1)
(“Kuntratti pubbliċi - Dikjarazzjoni ta’ nuqqas serju ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 - Rikors għal annullament - Żball ta’ fatt u ta’ liġi - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Abbuż ta’ poter - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża”)
2009/C 129/21
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Centre européen pour la statistique et le développement ASBL (CESD-Communautaire) (Lussemburgu, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: D. Grisay u D. Piccininno, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u J.-F. Pasquier, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Awwissu 2006, li biha din infurmat lir-rikorrent li kienet ħadet id-deċiżjoni li tikkonstata, fir-rigward ta’ tliet kuntratti msemmija hemmhekk, nuqqas serju ta’ eżekuzzjoni skont l-Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Is-Centre européen pour la statistique et le développement ASBL (CESD-Communautaire) huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 310, 16.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy