15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/18
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Operator ARP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-291/06) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Sistema ta’ għajnuna għar-ristrutturar mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lil produttur tal-azzar - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Protokoll Nru 8 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ benefiċjarju - Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru (KE) Nru 659/1999”)
2009/C 193/25
Lingwa tal-kawża: Il-Polakk
Partijiet
Rikorrenti: Operator ARP sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: iniżjalment J. Szymanowska, sussegwentement J. Szymanowska u P. Rosiak, u fl-aħħar nett P. Rosiak, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Suġġett
Talba għall-anullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/937/KE, tal-5 ta’ Lulju 2005, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat C 20/04 (ex NN 25/04) favur il-produttur tal-azzar Huta Częstochowa S.A. (ĠU 2006, L 366, p. 1), sa fejn din tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni ċerta għajnuna u tordna lir-Repubblika tal-Polonja sabiex tipproċedi għall-irkupru tagħha.
Dispożittiv
1)
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/937/KE, tal-5 ta’ Lulju 2005, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat C 20/04 (ex NN 25/04) favur il-produttur tal-azzar Huta Częstochowa S.A., huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Operator ARP sp. z o.o.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 310, 16.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy