7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/55
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Dongguan Nanzha Leco Stationery vs Il-Kunsill
(Kawża T-296/06) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ mekkaniżmi b’lever arch li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Determinazzjoni tal-marġini ta’ dumping - Status ta’ impriża li jevolvi f’ekonomija tas-suq - Paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni - Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat waqt l-investigazzjoni inizjali - Artikolu 2(7)(a) u (10) tar-Regolament (KE) Nru 384/96”)
2009/C 267/93
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd (Dongguan, iċ-Ċina) (rappreżentant: A. Bentley, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Gerrisch, avukat)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti); IML Industria Meccanica Lombarda Srl (Offanengo, l-Italja); Interkov spol. s r.o. (Bráník, ir-Repubblika Ċeka); MI.ME.CA. Srl (Ricengo, l-Italja); u NIKO — kovinarsko podjetje, d.d., Železniki (Železniki, l-Islovenja) (rappreżentanti: R. Bierwagen, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1136/2006, tal-24 ta’ Lulju 2006, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ mekkaniżmi b’lever arch li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 205, p. 1), sa fejn japplika għar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co. għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Europea, ta’ IML Industria Meccanica Lombarda Srl, ta’ Interkov spol. s r.o., ta’ MI.ME.CA. Srl u ta’ NIKO — kovinarsko podjetje, d.d., Železniki.
3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 310, 16.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy