15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/48
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2008 — Hartmann vs UASI(E)
(Kawża T-302/06) (1)
(Trade mark komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark verbali E - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Żball ta' liġi - Nuqqas ta' evalwazzjoni konkreta - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru (KE) Nru 40/94)
(2008/C 209/83)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Paul Hartmann AG (Heidenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-5 ta' Settembru 2006 (Każ R 805/2006-4) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali E bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta' Settembru 2006 (Każ R 805/2006-4) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Paul Hartmann AG.
(1) ĠU C 310, 16.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy