7.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2011 — Buffalo Milke Automotive Polishing Products vs UASI — Werner & Mertz (BUFFALO MILKE Automotive Polishing Products)
(Kawża T-308/06) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BUFFALO MILKE Automotive Polishing Products - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti BÚFALO - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009))
2012/C 6/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Buffalo Milke Automotive Polishing Products, Inc. (Pleasanton, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. de Visscher, E. Cornu u D. Moreau, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Werner & Mertz GmbH (Mayence, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Thewes, V. Wiot, sussegwentement M. Thewes u P. Reuter, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2006 (Każ R 1094/2005-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Werner & Mertz GmbH u Buffalo Milke Automotive Polishing Products, Inc.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Buffalo Milke Automotive Polishing Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy