10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Ercros vs UASI — Degussa (TAI CROS)
(Kawża T-315/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TAI CROS - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CROS, SOCIEDAD ANÓNIMA CROS u ERCROS - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CROS - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 6/46)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ercros, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: R. Thierie, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Degussa GmbH, li qabel kienet Degussa AG (Dusseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schäffler, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Settembru 2006 (Każ R 29/2006-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Ercros, SA u Degussa GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ercros, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy