5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/33
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Mejju 2008 — Enercon vs L-UASI (E)
(Kawża T-329/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali E - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 171/59)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: l-ewwel R. Böhm, wara R. Böhm u U. Sander, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI (kawża R 394/2006-1), tat-8 ta' Settembru 2006, rigward ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali E bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Enercon GmbH hija kundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy