19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/19
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Ġunju 2008 — Novartis vs UASI (BLUE SOFT)
(Kawża T-330/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BLUE SOFT - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 183/39)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Hebeis, avocat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-14 ta' Settembru 2006 (Każ R 270/2006-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “BLUE SOFT” bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy