28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Evropaïki Dynamiki vs AEE
(Kawża T-331/06) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura għal sejħa għal offerti tal-AEE - Provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza tat-teknoloġija tal-informatika - Ċaħda tal-offerta - Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Kriterji tal-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt - Sottokriterji - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2010/C 234/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (AEE) (rappreżentanti: M. Hofstötter, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AEE tal-14 ta’ Settembru 2006, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EAA/IDS/06/002, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza tat-teknoloġija tal-informatika (ĠU 118-125101), u li tattribwixxi l-kuntratti pubbliċi lill-offerenti oħra.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 326 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy