16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/32
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-332/06) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Elettriku - Tariffa preferenzjali - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti - Vantaġġ - Motivazzjoni - Aspettativi leġittimi - Ċertezza legali”)
2009/C 113/65
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent): Alcoa Trasformazioni Srl (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, T. Müller-Ibold, F. Salerno u T. Graf, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Khan, E. Righini u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/C 214/03, innotifikata lir-Repubblika Taljana b’ittra tad-19 ta’ Lulju 2006, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE, dwar l-għajnuna mill-Istat C 36/06 (ex NN 38/06) — Tariffa tal- elettriku preferenzjali mogħtija lil ċerti industriji ta’ konsum kbir tal-enerġija fl-Italja, sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda t-tariffi ta’ provvista ta’ elettriku li jibbenefikaw minnhom iż-żewġ fabbriki ta’ aluminju primarju ta’ Alcoa Trasformazioni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alcoa Trasformazioni Srl għandha tbati l-ispejjez tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy