7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/28
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-339/06) (1)
(“Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid - Għajnuna għar-ristrutturar u l-konverżjoni mill-ġdid tal-għelieqi għad-dwieli - Regolament (KE) Nru 1493/1999 - Iffissar tal-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi mogħtijin lill-Istati Membri - Deċiżjoni 2006/669/KE - Natura vinkolanti tat-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 - Prinċipji ta' kooperazzjoni leali, ta' bona fide u ta' amministrazzjoni tajba, ta' proporzjonalità u tal-effett utli’)
(2009/C 32/52)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Griega (rappreżentanti: I. Chalkias u S. Papaioannou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe, M. Konstantinidis u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/669/KE tal-4 ta' Ottubru 2006, li tiffissa għas-sena finanzjarja 2006 allokazzjonijiet finanzjarji definittivi lill-Istati Membri, għal numru speċifiku ta' ettari, għar-ristrutturar u l-konverżjoni mil-ġdid ta' għelieqi għad-dwieli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (ĠU 2006, L 275, p. 62).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy