17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Shell Petroleum et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-343/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Stħarriġ konġunt - Multi - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta’ provokatur u ta’ mexxej - Reċidiva - Tul tal-ksur - Drittijiet tad-difiża - Ġurisdizzjoni sħiħa - Aġir tal-impriża waqt il-proċedura amministrattiva)
2012/C 355/23
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shell Petroleum NV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi); The Shell Transport and Trading Company Ltd (Londra, ir-Renju Unit); u Shell Nederland Verkoopmaatschappij BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment O. Brouwer, W. Knibbeler u S. Verschuur, sussegwentement O. Brouwer, W. Knibbeler u P. van den Berg, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit minn L. Gyselen, avukat)
Suġġett
Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta permezz tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 2(l), tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], huwa annullat inkwantu jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq Shell Petroleum NV, fuq The Shell Transport and Trading Company Ltd u fuq Shell Nederland Verkoopmaatschappij BV għal EUR 108 miljun.
(2)
L-ammont tal-multa imposta fuq Shell Petroleum, fuq The Shell Transport and Trading Company Ltd u fuq Shell Nederland Verkoopmaatschappij permezz tal-imsemmi Artikolu 2(l), għandu jitnaqqas għal EUR 81 miljun.
(3)
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 20, 27.01.2007
Full & Egal Universal Law Academy