17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Total vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-344/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Gravità u tul tal-ksur)
2012/C 355/24
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Total SA (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Lamothe, L. Godfroid u A. Gosset-Grainville, sussegwentement A. Lamothe, L. Godfroid u O. Prost, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u F. Castillo de la Torre, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum — (il-Pajjiżi l-Baxxi)], u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Total SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 20, 27.01.2007.
Full & Egal Universal Law Academy