17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Dura Vermeer Groep vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-351/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)
2012/C 355/27
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Dura Vermeer Groep NV (Rotterdam, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Slotboom, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, avukati, sussegwentement minn A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna r-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Dura Vermeer Groep NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 20, 27.01.2007.
Full & Egal Universal Law Academy