17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Vermeer Infrastructuur vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-353/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Eżistenza u klassifikazzjoni ta’ ftehim - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni - Linji gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 81 KE għall-ftehim dwar il-kooperazzjoni orizzontali - Kalkolu tal-ammont tal-multi - Gravità u tul tal-ksur - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża)
2012/C 355/29
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Vermeer Infrastructuur BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Slotboom, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, avukati, sussegwentement A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever)
Suġġett
Talba, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], b’mod partikolari sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Vermeer Infrastructuur BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 20, 27.01.2007.
Full & Egal Universal Law Academy