17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — BAM NBM Wegenbouw u HBG Civiel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-354/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuh tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Eżistenza u klassifikazzjoni ta’ ftehim - Linji gwida dwar il-ftehim dwar il-kooperazzjoni orizzontali - Drittijiet tad-difiża - Multi - Tul tal-ksur)
2012/C 355/30
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti:: BAM NBM Wegenbouw BV (Bunnik, il-Pajjiżi l-Baxxi); u HBG Civiel BV (Gouda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Biesheuvel u J. de Pree, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
BAM NBW Wegenbouw BV u HBG Civiel BV huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 20, 27.01.2007.
Full & Egal Universal Law Academy