17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Koninklijke Volker Wessels Stevin vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-356/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)
2012/C 355/32
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Koninklijke Volker Wessels Stevin NV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment E. Pijnacker Hordijk u Y. de Vries, sussegwentement E. Pijnacker Hordijk u X. Reintjes, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti inizjalment minn L. Gyselen, F. Tuytschaever u F. Wijckmans, sussegwentement minn L. Gyselen, avukati)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Koninklijke Volker Wessels Stevin NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 20, 27.01.2007.
Full & Egal Universal Law Academy