17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Koninklijke Wegenbouw Stevin vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-357/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuh tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Eżistenza u klassifikazzjoni ta’ ftehim - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni - Linji gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 81 KE għall-ftehim dwar il-kooperazzjoni orizzontali - Drittijiet tad-difiża - Multa - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta’ provokatur u ta’ mexxej - Assenza ta’ kooperazzjoni - Setgħat ta’ verifika tal-Kummissjoni - Dritt għall-assistenza ta’ avukat - Użu ħażin ta’ poter - Kalkolu tal-ammont tal-multi - Tul tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa)
2012/C 355/33
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Koninklijke Wegenbouw Stevin BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment E. Pijnacker Hordijk u Y. de Vries, sussegwentement E. Pijnacker Hordijk u X. Reintjes, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti inizjalment minn L. Gyselen, F. Tuytschaever u F. Wijckmans, sussegwentement minn L. Gyselen, avukati)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha permezz tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Koninklijke Wegenbouw Stevin BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 20, 27.01.2007.
Full & Egal Universal Law Academy