17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Heijmans vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-360/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)
2012/C 355/35
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Heijmans NV (Rosmalen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment M. Smeets u A. Van den Oord, sussegwentement M. Smeets, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti inizjalment minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, sussegwentement A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever, avukati)
Suġġett
Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċeduri skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna r-rikorrenti, u, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuqha minn din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Heijmans NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 20, 27.01.2007.
Full & Egal Universal Law Academy