25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/24
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 — Honda Motor Europe vs UASI — Seat (MAGIC SEAT)
(Kawża T-363/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MAGIC SEAT - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SEAT - Raġuni relativa għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 272/45)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Honda Motor Europe Ltd (Slough, Berkshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister u N. Cordell, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Seat, SA (Barċellona, Spanja)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta' Settembru 2006 (każ R 960/2005-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Seat, SA u Honda Motor Europe Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Honda Motor Europe Ltd hija kkundannata tħallas l-ispejjeż.
(1) ĠU C 20, 27.1.2007.
Full & Egal Universal Law Academy