7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/29
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Bateaux Mouches vs UASI — Castanet (BATEAUX MOUCHES)
(Kawża T-365/06) (1)
(“Trade marks Komunitarji - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali BATEAUX MOUCHES - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) u l-Artikolu 51(2) tar-Regolament Nru 40/94’)
(2009/C 32/53)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie des bateaux mouches SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D. de Leusse, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Jean-Noël Castanet (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sulzer, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Settembru 2006 (Każ R 1172/2005-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Jean-Noël Castanet u l-Compagnie des bateaux mouches SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Compagnie des bateaux mouches SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy