24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Settembru 2009 — Holland Malt vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-369/06) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Produzzjoni ta’ malt - Għajnuna għall-investiment - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Obbligu ta’ motivazzjoni - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu”)
2009/C 256/40
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Holland Malt BV (Lieshout, l-Olanda) (rappreżentanti: inizjalment O. Brouwer u D. Mes, sussegwentement O. Brouwer, A. Stoffer u P. Schepens, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Scharf u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Renju tal-Olanda (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Grave, C. ten Dam u Y. de Vries, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/59/KE tas-26 ta’ Settembru 2006 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Olanda lill-Holland Malt BV (ĠU L 32, p. 76).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Holland Malt BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
(3)
Ir-Renju tal-Olanda għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy