17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Kuwait Petroleum et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-370/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuh tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Valur miżjud sinjifikattiv - Ugwaljanza fit-trattament - Drittijiet tad-difiża)
2012/C 355/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kuwait Petroleum Corp. (Shuwaikh, il-Kuwajt); Kuwait Petroleum International Ltd (Woking, ir-Renju Unit); u Kuwait Petroleum (Nederland) BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Hull, solicitor, u G. Berrisch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit minn L. Gyselen, avukat)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kuwait Petroleum Corp., Kuwait Petroleum International Ltd u Kuwait Petroleum (Nederland) BV huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 20, 27.01.2007.
Full & Egal Universal Law Academy