14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Comap vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-377/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Multi - Iffissar tal-ammont inizjali tal-multa - Proporzionalità)
2011/C 145/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Comap SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Wachsmann u C. Pommiès, sussegwentement A. Wachsmann u D. Nourissier, u finalment A. Wachsmann u S. de Guigné, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Comap SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 42, 24.02.2007..
Full & Egal Universal Law Academy