14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — IMI et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-378/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Dħul mill-bejgħ rilevanti - Avviż dwar il-kooperazzjoni - Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi - Trattament ugwali)
2011/C 145/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: IMI plc (Birmingham, ir-Renju Unit); IMI Kynoch Ltd (Birmingham); Yorkshire Fittings Ltd (Leeds, ir-Renju Unit); VSH Italia Srl (Bregnano, l-Italja); Comap SA, li kienet Aquatis France SAS (La Chapelle-St-Mesmin, Franza); u Simplex Armaturen + Fittings GmbH Co. KG (Argenbühl — Eisenharz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Struys u D. Arts, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn S. Kinsella, solicitor, u K. Nordlander, avukat)
Suġġett
Rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
IMI plc, IMI Kynoch Ltd, Yorkshire Fittings Ltd, VSH Italia Srl, Comap SA u Simplex Armaturen + Fittings GmbH Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 20, 27.1.2007.
Full & Egal Universal Law Academy