14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Kaimer et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-379/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Drittijiet tad-difiża - Parteċipazzjoni fil-ksur - Tul tal-ksur - Multi - Ċirkustanzi attenwanti - Proporzjonalità - Trattament ugwali)
2011/C 145/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kaimer GmbH Co. Holding KG (Essen, il-Ġermanja); Sanha Kaimer GmbH Co. KG (Essen); u Sanha Italia Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentant: J. Brück, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 –Attrezzaturi) kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi) huwa annullat sa fejn jirrigwarda l-perijodu mit-30 ta’ Lulju 1996 sal-31 ta’ Lulju 1997 bħala l-parteċipazzjoni ta’ Kaimer GmbH Co. KG Holding u ta’ Sanha Kaimer GmbH Co. KG u l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1998 sal 14 ta’ Lulju 1999 bħala l-parteċipazzjoni ta’ Sanha Italia Srl.
(2)
L-ammont tal-multa imposta fuq Kaimer huwa stabbilit għal EUR 7,15 miljun, li minnhom in solidum ma’ Sanha Kaimer għal ammont ta’ EUR 7,15 miljun u ma’ Sanha Italia għal anmmont ta’ EUR 6 325 miljun.
3)
Il-kumplament tar-rikors huma miċħud.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy