14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Tomkins vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-382/06) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Tul tal-ksur)
2011/C 145/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tomkins plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Soames, S. Jordan, solicitors u J. Joshua, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u V. Bottka, aġenti, assistiti minn S. Kinsella u K. Daly, solicitors)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi) huwa annullat sa fejn jimputa l-perijodu ta’ bejn il-31 ta’ Diċembru 1988 u d-29 ta’ Ottubru 1993 fuq Tomkins plc.
(2)
L-ammont tal-multa imposta fuq Tomkins fl-Artikolu 2(h) tad Deċiżjoni C(2006) 4180 huwa ffissat għal Eur 4,25 miljun li minnhom EUR 3 4 miljun għandhom jitħallsu in solidum ma Pegler Ltd.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 42, 24.02.2007
Full & Egal Universal Law Academy