22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/31
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Ottubru 2008 — Inter-Ikea Systems vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' pallet)
(Kawża magħquda T-387/06 sa 390/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta pallet - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 301/50)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Inter-Ikea Systems BV (Delft, L-Olanda) (rappreżentant: J. Gulliksson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra erba' deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Settembru 2006 (Kawżi R 353/2006-1, R 354/2006-1, R 355/2006-1 u R 356/2006-1), fir-rigward ta' erba' applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' trade marks figurattivi li jikkonsistu f'rappreżentazzjonijiet grafiċi ta' pallet.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta' Settembru 2006 (Kawżi R 353/2006-1, R 354/2006-1, R 355/2006-1 u R 356/2006-1) huma annullati sa fejn jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni tat-trade marks li għalihom saru l-applikazzjonijiet f'dak li jirrigwarda prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 6, 7, 16, 20, 35, 39 u 42 skont il-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Prodotti u Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni ta' trade marks, tal-15 ta' Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, bl-esklużjoni tal-“pallets għat-tagħbija metalliċi”, tal-“vetturi għall-ġarr tal-merkanzija u pallets għat-tagħbija metalliċi għall-imballaġġ u għat-trasport” u tal-“pallets għat-trasport metalliċi”, li jaqgħu taħt il-klassi 6, tal-“pallets għat-tagħbija mhux metalliċi”, “vetturi għall-ġarr tal-merkanzija u pallets għat-tagħbija mhux metalliċi għall-imballaġġ u għat-trasport” u tal-“pallets għat-trasport mhux metalliċi”, li jaqgħu taħt il-klassi 20, kif ukoll tas-servizzi ta' “kiri ta' pallets għat-tagħbija”, li jaqgħu taħt il-klassi 39.
2)
Ir-rikorsi huma miċħuda għall-bqija.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 20, 27.1.2007.
Full & Egal Universal Law Academy