19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2010 — Union Investment Privatfonds vs UASI — Unicre-Cartão International De Crédito (unibanco)
(Kawża T-392/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark Komunitarja figurattiva unibanco - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti UniFLEXIO, UniVARIO et UniZERO - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali mogħtija skont l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 161/58
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Union Investment Privatfonds GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Keller, sussegwentement minn J. Zindel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Unicre-Cartão International De Crédito, SA (Lisbona, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 442/2004-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Union Investment Privatfonds GmbH u Unicre-Cartão International De Crédito, SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Union Investment Privatfonds GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 42, 24.02.2007
Full & Egal Universal Law Academy