20.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/6
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-394/06) (1)
(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Clearance tal-kontijiet - Infiq eskluż mill-finanzjament - Irregolaritajiet jew negliġenzi imputabbli lill-awtoritajiet jew korpi tal-Istati Membri - Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 u Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 - Dewmien eċċessiv fl-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-komunikazzjonijiet trażmessi skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 595/91 - Terminu raġonevoli)
2012/C 319/07
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Reppublika Taljana (rappreżentant: G. Aiello, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga, aġent, assistit minn M. Moretto, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/678/KE, tat-3 ta’ Ottubru 2006, dwar il-konsegwenzi finanzjarji li għandhom jiġu applikati, fil-kuntest tal-clearance tal-kontijiet tal-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taqsima “Garanzija”, f’ċerti każijiet ta’ irregolaritajiet imwettqa minn operaturi (ĠU L 278, p. 24).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 42, 24.02.2007.
Full & Egal Universal Law Academy