7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/22
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Jannar 2009 — giropay vs UASI (GIROPAY)
(Kawża T-399/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GIROPAY - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 55/39)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: giropay GmbH (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta' Ottubru 2006 (Każ R 308/2005-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali GIROPAY bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
giropay GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy