7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/56
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Zero Industry vs UASI — zero Germany (zerorh+)
(Kawża T-400/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva zerorh+ - Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti zero - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Xebh bejn il-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/95
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zero Industry Srl (Mariano Comense, l-Italja) (rappreżentanti: M. Rapisardi u N. Colombo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: zero Germany GmbH & Co. KG, li qabel kienet zero International Holding GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: W.-D. Kuntze, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 958/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn zero Germany GmbH & Co KG u Zero Industry Srl.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Zero Industry Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 56, 10.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy