1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Brosmann Footwear (HK) et vs Il-Kunsill
(Kawża T-401/06) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Trattament individwali - Teħid ta’ kampjuni - Appoġġ tal-ilment mill-industrija Komunitarja - Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Trattament ugwali - Dannu - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
2010/C 113/57
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Brosmann Footwear (HK) Ltd (Kowloon, iċ-Ċina); Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd (Zhongshan, iċ-Ċina); Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd (Guangzhou, iċ-Ċina); u Risen Footwear (HK) Co., Ltd (Kowloon, iċ-Ċina) (rappreżentanti: L. Ruessmann u A. Willems, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Van Vliet u T. Scharf, aġenti); u l-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, G. Zonnekeyn u S. Verhulst, sussegwentement P. Vlaemminck u A. Hubert, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn [żraben] bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, p. 485), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co., Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy