1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Sun Sang Kong Yuen Shoes Factory vs Il-Kunsill
(Kawża T-409/06) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Teħid ta’ kampjuni - Nuqqas ta’ kooperazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dannu - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
2010/C 113/59
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sun Sang Kong Yuen Shoes Factory (Hui Yang) Corp. Ltd (Hui Yang City, iċ-Ċina) (rappreżentanti: I. MacVay, solicitor, R. Thompson, QC, u K. Beal, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti); Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment P. Vlaemminck, G. Zonnekeyn u S. Verhulst, sussegwentement P. Vlaemminck u A. Hubert, avukati); BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas (Monte Urano, l-Italja) u s-sittax-il intervenjent ieħor li ismu huwa mniżżel fl-anness mas-sentenza (rappreżentanti: G. Celona, P. Tabellini u C. Cavaliere, avukati)
Suġġett
L-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn [żraben] bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, p. 485-525)
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Sun Sang Kong Yuen Shoes Factory (Hui Yang) Corp. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea, il-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC), BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas u s-sittax-il intervenjent ieħor li ismu huwa mniżżel fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007
Full & Egal Universal Law Academy