12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/27
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Marzu 2008 — Combescot vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-414/06 P) (1)
(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Inammissibbiltà tar-rikors quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Terminu tar-rikors’)
(2008/C 92/54)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellant: Philippe Combescot (Popayán, il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Maritati u V. Messa, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u M. Velardo, aġenti, assistiti minn S. Corongiu, avukat)
Suġġett
Appell kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-19 ta' Ottubru 2006, Combescot vs Il-Kummissjoni (F-114/05, għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li jitlob l-annullament ta' din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Is-Sur Philippe Combescot huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Kummissjoni.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy