7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/25
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' April 2008 — Meggle vs UASI — Clover (HiQ b'werqa tas-silla)
(Kawża T-37/06) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar ta' l-oppożizzjoni - M'hemmx lok għal deċiżjoni)
(2008/C 142/44)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Meggle AG (Wasserburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Weberndörfer, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Clover Corporation Limited (Sydney, l-Awstralja)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-22 ta' Novembru 2005 (Każ R 1130/2004-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Meggle AG u Clover Corporation Limited.
Dispożittiv
1)
M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 96, 22.4.2006.
Full & Egal Universal Law Academy