21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/37
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Fox Racing vs UASI — Lloyd IP (SHIFT)
(Kawża T-74/06) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni’)
(2009/C 69/86)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fox Racing, Inc. (Morgan Hill, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Lloyd IP Limited (Penrith, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Elliot, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Diċembru 2005 (Każ R 1180/2004-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Lloyd IP Limited u Fox Racing, Inc.
Dispożittiv
1)
Mhemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.
3)
L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 108, 6.5.2006.
Full & Egal Universal Law Academy